Eżamijiet Interni

Għall-istudenti tal-Years 7, 8 u 10, l-eżamijiet isiru darbtejn fis-sena. Dawk ta' nofs is-sena jsiru fil-bidu ta' Frar u l-karti tal-eżamijiet jiġu ppreparati mill-għalliema stess. Dawk ta' l-aħħar tas-sena jibdew fit-tielet ġimgħa ta' Ġunju u l-karti ta' l-eżamijiet jinħarġu mid-Direttorat ta' l-Edukazzjoni, f'Malta.

Għall-istudenti tal-Year 11 isir eżami wieħed biss. Dan isir fil-bidu ta' Frar u jitqies bħala l-eżami finali tal-kors. Il-karti ta' dan l-eżami jinħarġu mid-Direttorat ta' l-Edukazzjoni f'Malta.

L-eżamijiet ta' nofs u ta' l-aħħar tas-sena jsiru fis-suġġetti li ġejjin: Malti, Ingliż, Matematika, Reliġjon, Xjenza Integrata jew Fiżika, Information Technology, Studji Soċjali, Storja ta' Malta, Ġografija, il-Lingwa u s-suġġetti kollha ta' l-għażla (options).

L-istudenti tal-Year 7 u 8 jaħdmu matul is-sena fuq proġetti u testijiet diversi fis-suġġetti tal-Home Economics, Disinn u Teknoloġija, u Edukazzjoni Fiżika. Il-marka titniżżel taħt l-eżamijiet fir-riżultat ta’ nofs is-sena u dak annwali. Dawn l-istudenti jingħataw ukoll Assessment Mark fl-Arti u l-Mużika.

Il-Letteratura Ingliża jsir eżami tiegħu fil-Years 10 u 11.

L-eżamijiet tas-suġġetti ewlenin, jiġifieri l-Malti, l-Ingliż u l-Matematika jsiru skont il-livelli tal-istudenti fil-klassijiet. Dan japplika wkoll għal-Fiżika, Bioloġija u Kimika. Għall-kull livell tinħareġ karta tal-eżami differenti.

Jekk studenta tfalli xi eżami, kemm f'dawk ta' nofs is-sena kif ukoll fl-annwali, għandha ġġib ċertifikat tat-tabib. Dan hu importanti ħafna minħabba li kull marka tal-eżamijiet tgħin sabiex l-istudenti jsibu posthom fil-home classes.

 




Back to Home