Riżultati

Jum il-ġenituri jsir darbtejn fis-sena: lejn il-bidu ta' Diċembru u ieħor lejn Marzu. Ir-rapport ta' Marzu juri l-Assessment Marks u l-marki tal-eżami ta' nofs is-sena, tas-suġġetti differenti.

L-Assessment Mark tingħata fuq ix-xogħol li l-istudent/a tagħmel matul il-kors, minn lezzjoni għal oħra. Fejn student/a tfalli ħafna jew tħalli barra ħafna mix-xogħol tal-kors, l-Assessment Mark tagħha tkun li tirrifletti l-fatt li x-xogħol tagħha ma kienx komplut.

L-istudenti tal-Year 11 ikollhom Jum il-Ġenituri tagħhom f'Diċembru u dawn imbagħad jirċievu rapport wieħed f'Marzu.

Il-marki li l-istudenti jiksbu fl-eżamijiet annwali, mill-Year 7 sal-Year 11, jiġu mniżżla fis-Secondary School Certificate & Profile (SSC&P) li jingħata lil kull student/a tal-Year 11 f'ċerimonja ta' gradwazzjoni.




Back to Home