Attendenza


  1. Studenti morda huma eżentati milli jiġu l-iskola. F'każ li jfallu sa tlett ijiem, ikun hemm bżonn biss ta' nota lill-Form Teacher. Mir-raba' jum, ukoll jekk il-ġranet ta' l-assenza ma jkunux konsekuttivi, ikun hemm bżonn ta' ċertifikat tat-tabib li, barra li jindika għaliex l-istudenta ma tistax tattendi, jagħti wkoll id-data ta' meta t-tifla se tkun tista' terġa' tibda tattendi. Iċ-ċertifikat irid ikollu firma ċara tat-tabib u xi timbru li juri li hu awtentiku.
  2. L-iskola tibgħat tavża lill-ġenituri meta wliedhom ma jiġux. Dan isir billi tintbagħat nota d-dar u xi drabi wkoll issir telefonata lill-ġenituri. B'hekk dawn ikunu mgħarrfa kull meta wliedhom ma jkunux l-iskola, kienet x'kienet ir-raġuni ta' dan. Din in-nota m'għandhiex tiġi meqjusa bħala ċitazzjoni.
  3. Tajjeb li l-ġenituri jkunu jafu wkoll li, fit-tieni jum ta' kull xahar, isir rapport lis-Senior Education Welfare Officer jekk kemm-il darba studenta tkun falliet iktar minn 3 darbiet u ma bagħtitx ċertifikat mediku sat-tieni jum tax-xahar ta' wara, tiġi rrappurtatha.

Dan ikun ifisser li l-ġenituri se jintalbu li jagħtu lill-Kap ta' l-Iskola r-raġunijiet għaliex it-tifla tagħhom tkun falliet u l-każ jista' jispiċċa f'ċitazzjoni lill-ġenituri li mbagħad ikollhom jidhru quddiem il-qorti.

Rapporti ta' studenti li ma jkunux se jattendu skola, mhumiex aċċettati bit-telefon; għandha tintbagħat nota qasira bil-firma ta' xi ġenitur.

 




Back to Home