Talba għal Eżenzjoni

Talba biex studenta tiġi eżentata mill-iskola, kemm għal kollox, kif ukoll jekk għal xi żmien qasir, tista' ssir biss mill-ġenituri ta' l-istudenta u mhux mill-istudenta nnifisha.

Il-missier jew l-omm li jiġu l-iskola biex jiffirmaw il-formola tat-talba għal eżenzjoni, huma mitluba li jġibu l-karta ta' l-identita' magħhom.

Meta t-talba għal eżenzjoni tkun biex l-istudenta tibda taħdem, il-ġenituri għandhom jippreżentaw ċertifikat tat-twelid tat-tifla u wkoll ċertifikat minn min se jħaddem lit-tifla. Hawn jinħass id-dmir li jsir appell lill-ġenituri biex ma jaslu qatt li jitolbu biex it-tifla tagħhom tibda taħdem kmieni u qabel ma tispiċċa mqar il-kors sekondarju.

Talba għall-ħruġ mill-iskola ma tfissirx permess awtomatiku ta' ħruġ mill-iskola. L-istudenta tibqa' marbuta li tattendi l-iskola sakemm tirċievi dan il-permess bil-miktub.

 




Back to Home