S.A. 25 - Formola għal Special Allowance

Studenti li jagħlqu s-sittax-il sena u jibqgħu jattendu l-iskola, huma ntitolati għal Special Allowance. Biex japplikaw għal din l-iSpecial Allowance, il-ġenituri jridu jġibu Formola, imsejħa S.A 25, mill-Uffiċċju tas-Servizzi Soċjali. Il-ġenituri jimlew l-ewwel paġna u jġibu l-formola l-iskola għat-timbru u għall-firma tal-Kap tal-Iskola. Il-ġenituri mbagħad jieħdu din il-formola mimlija, fl-uffiċċju tas-Servizzi Soċjali.




Back to Home