Servizz mil-Librerija ta' l-Iskola
  1. Il-librara ta' l-iskola jagħtu lil kull studenta t-textbooks li jkollha bżonn qabel tibda s-sena skolastika l-ġdida.
  2. Uħud mill-kotba li l-istudenti jigħataw fil-bidu tas-sena, jinġabru lura fl-aħħar tas-sena. Oħrajn jinżammu biex jintużaw is-sena ta' wara. L-istudenti tal-Ħames Sena jagħtu lura l-kotba kollha.

    Il-Librara jispjegaw lill-istudenti x'kotba jżommu u jgħidulhom meta jridu jieħdu lura l-kotba l-iskola, u meta jiġbru l-kotba l-oħra.

    L-istudenti għandhom jieħdu ħsieb sewwa tal-kotba, biex fl-aħħar tas-sena jiġu rritornati fil-book store ta' l-iskola, fl-istess stat li ngħatawlhom. F'każ li studenta tqatta' jew titlef ktieb, kemm jekk ikun textbook, kif ukoll jekk ikun misluf lilha mil-Lending Library, din tkun mitluba tħallas tiegħu jew iġġib ktieb ieħor bħalu.
  3. Tajjeb li l-ġenituri jkunu jafu li l-iskola ma tagħtix School Leaving Certificate lill-istudenti qabel ma dawn jirritornaw il-kotba kollha lil-librara. L-istudenti l-oħra ma jingħatawx jew ir-riżultat ta' l-aħħar tas-sena, jew is-sett ta' kotba fil-bidu tas-sena skolastika ġdida jekk ma jkunux irritornaw il-kotba tas-sena ta' qabel.
  4. Il-librerija ta' l-iskola tiftaħ kuljum waqt il-break ta' nofs in-nhar biex l-istudenti jagħmlu xogħol ta' riċerka u jissellfu kotba għall-qari bħala passatemp.
  5. Il-klassijiet jingħataw ġranet differenti biex jużaw il-librerija. Il-librara jkunu lesti li jagħtu pariri, suġġerimenti u kull għajnuna possibbli lill-istudenti.
  6. Fil-librerija, l-istudenti jsibu wkoll servizz ta' self ta' videos. Hemm ukoll computer biex jaraw u jfittxu fup is-CD ROMs.
  7. Dawn li ġejjin huma r-regolamenti tal-librerija ta' l-iskola biex isir l-aħjar użu minnha:
  • Kull ma hemm fil-librerija, kemm għamara, kif ukoll kotba, computer, software, eċċ., għandu jintuża sewwa u bil-kura biex jibqa' tajjeb u jservi sewwa lill-istudenti.
  • Għalhekk l-istudenti jħallu s-satchels tagħhom barra l-librerija u ma jdaħħlux magħhom la ikel u lanqas xorb.
  • L-imwejjed u s-siġġijiet tal-librerija jitħallew f'posthom u meta studenta tlesti minn ktieb, terġa' tqiegħdu lura f'postu biex isibuh malajr studenti oħra.
  • Studenta li tissellef ktieb għall-qari għandha tirritornah sad-data li jkun hemm stampata fuq il-ktieb. Hekk ma jitħallewx kotba mitluqa li studenti oħra ma jkunux jistgħu jużaw.
  • Il-Librerija ma tkunx miftuħa meta l-iskola tkun bin-nofs ta' nhari.
  • F'każi ta' eċċezzjoni, l-istudenti jingħataw permess li jagħmlu riċerka fil-librerija waqt l-istudy periods.

 




Back to Home