Servizz tar-Reception fl-Iskola
  1. 1. Tistgħu ċċemplu lir-reception kull meta jkollkom bżonn tagħmlu kuntatt mal-iskola. Jekk ir-reception ma tkunx tista' taqdikom hi stess, tgħaddi t-telefonata tagħkom lil min ikun jista' jgħinkom.

    2. Ir-reception taqdikom hi stess f'dawn il-każi:

    * Meta l-ġenituri jiġu l-iskola biex jieħdu lil uliedhom jew meta jġibuhom lura wara appuntament.

    * Meta l-istudenti jiġbru l-iSchool Leaving Certificate.

    * Meta studenti jridu jħallu xi Card li fuqha jkollhom bżonn il-firma tal-Kap tal-Iskola: l-istudenti jħallu l-Card mar-reception waqt l-ewwel break u jiġbruha lura l-għada.

    * Meta studenti jridu jistaqsu jekk instabx xi oġġett li jkunu tilfu.

    Nixtiequ nfakkru li:

    1. Ir-reception ma jeħdux telefonati anonimi. Il-ġenituri għandhom jagħtu isimhom mill-bidu nett tat-telefonata, immedjatament wara li r-reception tkun aċċertathom ma' min ikunu qegħdin jitkellmu.

    2. Ġenituri u ex-studenti li jiġu l-iskola jintalbu li juru l-karta tal-identita' tagħhom biex ir-reception tkun ċerta min huma.

    3. L-istudenti għandhom jużaw il-break ta' filgħodu biex jinqdew mir-reception. M'għandux jinħela ħin waqt il-lezzjonijiet.

    4. Studenta li ma tkunx tiflaħ għandha l-ewwel tkellem lill-Assistent Kap responsabbli mill-kuritur tagħha, u wara lir-reception.

    5. Meta jkun il-każ li l-istudenti jkollhom bżonn jikkuntattjaw lill-ġenituri tagħhom, il-permess jingħata biss mill-Assistent Kap u t-telefonata ssir dejjem mill-uffiċċju tal-Assistent Kap.




Back to Home