25 January 2010

Ekoskola Minutes 14-01-2010


by: Jasmine Bajada (2 Pepprin)



Illum, Ms. Joany u Ms. Monica qalulna li l-iskola tagħna daħlet f’kompetizzjoni, fejn jistgħu jintrebħu rigali sbieħ għall-iskola tagħna. Din jisimha il-‘Climate Initiative’. Hemm xi titles li aħna tal-eko skola diġa għamilna fl-iskola tagħna (bħal pereżempju ir-reċiklaġġ) u hemm titles oħrajn li rridu nagħmlu (bħal pereżempju li naqraw il-meter tad-dawl u naraw jekk aħniex qed nagħmlu progress jew regress). Hemm ukoll kompetizzjoni tal-Eco Codes, u t-teaachers qalulna li jekk irridu nistgħu nieħdu sehem fiha, biss irridu nimxu mar-regoli. It-teachers tawn din is-site, www.eco-schools.org, fejn nistgħu nsibu l-informazzjoni kollha li għandna bżonn.

Aħna tal-eko skola nistgħu wkoll naħdmu fir-raħal fejn tinstab l-iskola tagħna: ir-Rabat. Andrea Schwaiger mill-Form 1 Sempreviva offriet li tikteb żewġ ittri, waħda lill-Mc Donald’s u l-oħra lilt al-HSBC, fejn  tgħid li għandhom bżonn jirreċiklaw u ma jaħlux karti u plastik




Back to Home