25 January 2010

Ekoskola Minutes 21-01-2010


by: Jasmine Bajada (2 Pepprin)



L-islogans li saru s-sena l-oħra dwar l-ilma twaħħlu fit-toilets tal-iskola. Il-Ħamis li għadda, iddiskutejna biex nagħmlu slogans oħra dwar l-ambjent f’kull klassi u npoġġuhom f’post prominenti fejn l-istudenti jistgħu jarawhom sew. Meta jkollna l-affarijiet meħtieġa biex nagħmluhom, l-istess grupp li għamel l-islogans tal-ilma se jibda jaħdem biex jitlestew l-islogans il-ġodda tal-Form 1, imbagħad jibdew jagħmlu tal-Form 2 u jkomplu sejrin hekk.

Il-Battery Bins li għandna fl-iskola qed jerġgħu jimtlew biż-żibel. Għalhekk, hemm bżonn li dawn jitbattlu, jerġgħu jitpoġġew fl-uffiċji tal-Assitant Heads, u jibdew jintużaw biex aħna l-istudenti nirreċiklaw il-batteriji.

Fil-ġnien tal-iskola, għandna s-siġar tal-larinġ. Peress li l-larinġ ma jintużax, xi studenti minn dan il-kumitat se jmorru jiġbru l-larinġ li hemm fil-ħamrija u npoġġuhom fil-kompost bin li għandna f’dak l-istess ġnien. B’hekk, minflok ma jintrema, il-larinġ ikun ta użu utli.

Se noħolqu questionnaire lill-iskrivani (u forsi anke lill-għalliema) fuq il-karti; jekk humiex qegħdin jirreċiklaw il-karti, jekk jipprintjawx fuq in-naħiet tat-tnejn eċċ. Il-photocopier tal-iskola għandha buttuna li jekk tagħfasha, il-‘photocopy’ tiġi minn naħa tat-tnejn. Se nagħmlu qisha ‘notice’ fejn il-photocopier fejn tgħid li jekk jista’ jkun, jużaw din is-sistema




Back to Home