4 February 2010

Ekoskola Minutes 28-01-2010


Minuti tal-Meeting tal-Eko Skola

  • It-teachers li jkunu magħna ċċekjawlna minn fejn tiċċekja l-meter tal-elettriku. Peress li huwa f’pożizzjoni perikoluża, l-istudenti se jmorru mal-għalliema u jiċċekkjawh darba fix-xahar. B’hekk inkunu nafu qed naħlux ħafna elettriku.

  • Ċċekjawlna wkoll minn fejn niċċekjaw il-meter tal-ilma. L-istudenti mill-kumitat tagħna se jibdew jiċċekkjawh darba fil-ġimgħa, biex b’hekk inkunu nafu jekk aħniex naħlu ilma.

  • L-islogans għal ġol-klassijiet se jibdew isiru hekk kif ikollna l-materjal.

  • Il-questionnaire tal-għalliema u tal-iskrivani huwa lest. Bħalissa qiegħed għand il-Madam. Dan se jsir aktar il-quddiem.

  • Il-photocopier tista’ tipprintja minn żewġ naħat. Fejnu se ssir tabella biex turi liema buttuna trid tagħfas.

  • Kull sena, fil-ġnien tal-iskola qed jitħawlu siġar. Qed jitpoġġew tabelli bl-isem ta’ kull siġra li titħawwel biex b’hekk inkunu nafu liema siġra hemm hemmhekk.

 




Back to Home