17 March 2010

Ecce Homo : Hekk Hu l-Bniedem


by: Mr Lino Xerri


Ecce Homo, original painting, charcoal and gold on panel, by artist Lino Xerri

Kristu ġie f’daru u ma laqgħuhx. Għamel ħajtu ifejjaq u jgħamel il-ġid, u salbuh. Min kellu jara li ssir ġustizzja ħasel idejh u minflok għażel lil Barabba, bniedem ta’ qattani u kriminal. 

Kristu mhux biss hu l-bniedem Alla li għex elfejn sena ilu imma hu ukoll dak li issellemlu kuljum fuq il-post tax-xogħol, dik li tiltaqa’ magħha l-ħanut jew dak li jpoġġi fejnek il-knisja. 

U int.....? Int min int? Int dak li ssalbu kuljum bi kliemek u b’għemilek? Int dik li flok il-kuruna mistħoqqa, tinsiġlu kuruna ta’ nkwiet u għollieq; u tisqieh kalci ta’ mrar sempliciment għax trid toqgħod irpuzat fil-biżżilla tas-socjeta’? 

Dan ir-randan ieqaf, aħseb u poġġi lil Kristu fil-persuna le ser tagħmel ġudizzju minnha. Imbagħad biss tista’ tgħid ‘Jien għamilt dak li kelli ngħamel’.

 




Back to Home