12 April 2010

Ir-Raba’ Premju f’Konkors Nazzjonali tal-Poeżija


by: Mr John Xuereb

Din il-poeżija ħadet ir-raba’ premju fil-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija organizzat mill-Għaqda Poeti Malti. Prosit Janelle.

L-Isbaħ Milied


Kif joqrob xahar Diċembru ta’ kull sena,
Jinħass madwarna ferħ ma’ kullimkien,
Narmaw id-djar u s-siġra b’dawl iteptep,
’Mma jien inħoss bħal niket fil-ġewwien.

Niftakar fi tfal bħali ’l bogħod ħafna,
Li qed ibatu l-ksieħ, diqa u ġuħ,
Fuq mejda xejn, u d-dar taż-żingu mtaqqab,
U ġewwa tagħna l-forn l-ikel ifuħ.

Dis-sena fil-Milied, jien taħt is-siġra,
Nixtieq li mejda kbira tonda nsib,
U xħin inqum, indur dawra mad-dinja,
U lit-tfal kollha ma’ dil-mejda nġib.

U nagħmlu ikla kbira u nifirħu,
Intemmu ta’ bejnietna l-firdiet,
Il-faqar għeb, u d-dinja saret waħda,
Għalija dan ikun l-isbaħ Milied.

Janelle Borg
1 Orkida


Ngħidu prosit ukoll lil dawn l-istudenti li ħadu sehem f’din l-istess kompetizzjoni u li lkoll ngħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni:


1 Narċis: Maria Xuereb, Mattea Abela
1 Orkida: Roxane Camenzuli, Marie-Claudette Cefai, Chiara Zerafa, Therese Abela, Irene Scerri, Melanie Cefai, Amy Sultana, Adreana Vella, Marguerita Zammit
1 Sempreviva: Marija Masini, Sylvana Tabone, Maria Cassar, Diane Scicluna
1 Peprin: Maria Saliba, Melissa Canter
1 Ferla: Chantelle Tabone

Fl-aħħarnett, nirringrazzjaw lill-għalliema tal-Ewwel Sena li ħeġġew lill-istudenti jieħdu sehem fil-kompetizzjoni.

 




Back to Home