5 November 2010

Ħarġa Skolastika fil-Birgu


by: Sarah Rapa - From 2 Sempreviva


Form 2 students in Birgu

Il-Ġimgħa tmienja t’Ottubru, aħna l-istudenti tat-tieni klassi morna ġħall-ftuħ tal-Birgufest.

Żorna diversi mużewijiet u postijiet t’ interess. Morna l-Mużew Marittimu ta’ Malta. Hawhekk, tgħallimna dwar l-istorja marittima ta’ Malta minn żmien il-pre-istorja saż-żmien preżenti. Żorna ukoll il-knisja ta’ San Lawrenz, il-patrun tal-Birgu. Ħaġa li laqtitni ħafna minn din il-knisja hu l-ilbies tal-istatwa ta’ San Lawrenz li hu magħmul minn drapp ta’ vera. Ma jistax jonqos illi mmorru sal-Palazz tal-Inkwiżitur. Hawnhekk rajna kemm kmamar tal-Inkwiżitur kif ukoll il-kmamar uzati mill-ħabsin. Ġisimna qam xewk xewk x’ħin rajna ċ-ċelel baxxi u s-sodod skomdi tal-ħabsin. Iżjed tard matul il-ġurnata, żorna xi knejjes oħra u berġa ta’ żmien il-Kavallieri. Biex morna fil-berġa, għaddejna mill-Collacchio, triq li kienet tintuża biss mill-Kavallieri.

Jien ħadt gost ħafna waqt din il-ħarġa. Nixtieq nirringrazzja lill-għalliema u lill-Kunsill Lokali tal-Birgu li tawna l-opportunita nżuru dawn il-postijiet  interessanti.     

 




Back to Home