28 February 2011

EkoSkola speech at the Ministry for Gozo


by: Agius De Soldanis - EkoSkola Committee


Mattea Abela reading the speech to Hon Giovanna Debono

DISKORS LI NQARA MIN MATTEA ABELA (FORM 2 NARCIS) FIS-26 ta’ JANNAR 2011 GEWWA S-SALA TAL-MINISTERU FEJN STUDENTI MINN SKEJJEL MILL-KULLEGG TA’ GHAWDEX ILTAQGHU FLIMKIEN MAL-MINISTRU GHAL GHAWDEX BIEX JITKELLMU DWAR IL-HIDMA TAGHHOM FI HDAN L-EKOSKOLA.

Onorevoli Ministru, ahna studenti tal-Form two fi hdan il-Kumitat EkoSkola tal-kullegg ta’ Ghawdex Aguis de Soldanis.  Din hija t-tielet sena ta’ dan il-Kumitat fejn gew organizzati hafna attivitajiet u anke ghandna bosta hsibijiet sbieh ghal futur.  Il-Kumitat taghna jiltaqa darba f’gimgha flimkien mal- ko-ordinaturi tal-EkoSkola.

Ahna nikkomunikaw mal-kumplament tal-iskola permezz ta’ noticeboard li qeghda f’post centrali u anke bil-messaggi li ahna nwasslu min zmien ghal zmien waqt assemblies differenti.  Matul dawn it-tlett snin tajna hafna mportanza lil problema tal-iskart fl-iskola taghna u bdejna sistema ta’ riciklagg f’kull klassi tal-form one u two billi nxtraw bins apposta fejn fihom nirriciklaw l-karti u l-plastik ta’ kull klassi.  Din is-sistema ndrat tajjeb mal-istudenti taghna fejn wiehed ma jridx jinsa li jammontaw ghal seba mija u ghaxra.  Wiehed ma jridx jinsa li ghal din hija t-tieni sena fejn ahna qeghdin nhaddmu sistema ta’ kompost f’wahda mil-btiehi taghna fejn skart organiku min kmamar tal-Home Economics u min staff rooms differenti jinxtehet hemm.  Iktar l-quddiem ahna ser npoggu t-tieni kompost bin offrut min Eco Gozo f’bitha differenti fejn l-istudenti ikollhom access ghalih waqt il-brejk taghhom.  Apparti min hekk matul s sena jsiru ‘clean ups’ fejn l-istudenti jigbru skart ta’ btiehi differenti sabiex inqajjmu kuxjenza fost studenti ohrajn dwar l-importanza li nzommu l-ambjent tal-iskola taghna wiehed nadif u li jixirqilna.  Wiehed ma jridx jinsa l-kompetizzjonijiet li ahna nniedu min zmien ghal zmien fosthom kompetizzjoni ghal isbah slogan biex inwahhluha fuq bins godda fil-gonna taghna u l-isbah u l-iktar klassi nadifa li tintghazel wara osservazzjonijiet ta’ kull gimgha min studenti tal-Kumitat EkoSkola.  Attivita ohra fejn ahna wrejna l-hsara li jaghmlu batteriji wzati giet organizzata s-sena l-ohra fejn l-istudenti b’kolloborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Belt Vittorja gabru ammont konsiderevoli ta’ batteriji wzati min diversi stabbilimenti u djar gewwa l-Belt Vittorja.  Il-bidla fil-klima u l-importanza li nibzghu ghal ilma inghatat hafna mportanza min dan il-Kumitat billi ghal gimghat ppreperajna slogans li twahhlu f’kull facilita sanitarja li ghandna fl’iskola sabiex l-istudenti taghna jkunu aktar konxji ta’ din l-problema u juzaw l-ilma b’mod ghaqli.  Ghal ewwel darba, fl-okkazzjoni tal-European Week for Waste Reduction li kienet bejn t-20 u t-28 ta’ Novembru, l-Kumitat EkoSkola organizza mawra edukattiva fil-landfill tal-Maghtab fejn fiha l-istudenti taghna raw kemm hi serja l-problema tal-iskart f’pajjizna.  Ghat-tieni sena konsekuttiva l-Kumitat EkoSkola organizza ukoll mawra fis-‘Civic Amenity Site’ gewwa x-Xewkija lill-istudenti kollha tal-Form one.  L-istudenti kollha tal-Form two gawdew  min tahditiet organizzati apposta ghalihom mil-Kumitat EkoSkola liema tahdidiet gew imexxija min membri tal-Wasteserv.     

Fil-gurnata mondjali ddedikata ghal-ilma li hija t-22 ta’ Marzu ghandna hsieb sabih hafna fejn ahna nixtiequ nuru solidarjeta ma’ tfal f’pajjizi li ghadhom qeghdin jizvillupaw u li jimxu ghal sighat twal kuljum biex isibu ftit ilma ghalihom u ghal familji taghhom.  Ghal dan il-ghan ahna  ghandna l-hsieb li naghmlu mixja filwaqt li l-istudenti taghna ser igorru flixkun ilma ta’ zewg litri f’idejhom waqt li nigbru donazzjonijiet minghand il-pubbliku li wara ser jinghataw lil Max Foundation li tahdem gewwa l-Bangladesh sabiex isahhah l-igene sanitarja tat-tfal tal-kommunita.  Il-Kumitat EkoSkola jixtieq hafna li jara l-iskola taghna mzewwqa b’hafna kuluri sbieh li jaghtu dehra ferm isbah lill iskola taghna u ghalhekk wera x-xewqa li jinxtraw fjuri ghal gonna taghna.  Fatt iehor li nixtiequ li niehdu azzjoni fuqu huwa t tiswija tas-sistema ta’ solar water heater li jezizti fuq l-bejt tal-kmamar tal- Home Economics u li prezentatement mhuwiex jahdem.     

Grazzi Hafna




Back to Home