17 May 2011

Ġita edukattiva għall-gżira ta’ Rodi – Il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru 2011


by: Mr Joseph Micallef


Rhodes Map
  • Immirata b’mod partikolari għall-istudenti li bħalissa jinsabu Years 5 u 6 fil-primarja, kif ukoll għall-istudenti li jinsabu fil-forms tal-iskejjel sekondarji.
  • L-iskop li ntagħżlet il-gżira ta’ Rodi huwa peress li l-Kavallieri qabel ma ġew Malta kienu f’din il-gżira li ġeografikament tinsab taħt it-Turkija filwaqt li politikament tifforma parti mill-Greċja.
  • Ser inżuru diversi postijiet relatati mal-Kavallieri fosthom il-Palazz tal-Gran Mastri, il-Collachio (fejn hemm il-bereġ) u postijiet naturali bħal Seven Springs.
  • Ser ikollna ftit ħin għax-shopping
  • Prezz huwa ta’ € 280 li jinkludi kollox minn Għawdex sa Għawdex.  L-istudenti jridu jagħtu depożitu ta’ €130 sal-aħħar ta’ Mejju.
  • Titjira diretta mal-AirMalta, minn Malta għal Rodi u lura, li tieħu sagħtejn.
  • Niltilqu kmieni l-Ġimgħa filgħodu mix-Xatt u naslu lura x-Xatt kmieni s-Sibt filgħodu.
  • L-Isqof Mario Grech ser jakkumpanjana u ser iqaddes quddiesa fi knisja tal-Madonna tal-Angli gewwa Filermos li l-istorja tagħha hija marbuta mal-Kavallieri
  • Din il-mawra ser tiġi iffilmjata mill-crew televiżiv ta’ CVC u ser jittella’ programm ta’ Żmeraldi Teens li jirrigwardja din il-mawra.
  • F’kas ta’ diffikulta’ kellem lill-għalliem responsabbli fl-iskola tiegħek jew ibgħat e-mail lis-Sur Joseph Micallef fuq: barkuna1977@hotmail.com

Download:

Consent Form
Final Programme as at May 2011




Back to Home