20 Nov 2014

Mawra sal-Lunzjata




Lunzjata Valley - Kercem

Meta morna l-Lunzjata smajna diskursata mill-Ministru Anton Refalo u mill-Prinċipal tal-Edukazzjoni. Smajna wkoll l-klassi tat-tielet sena tal-primarja jkantaw.

Għamlulna tlett esperimenti interessanti ferm bl-użu tad-dawl solari: is-‘solar car race’, s-‘solar beads’ u s-‘solar powered fan’. Is-‘solar car’ bdiet tiġri bl-enerġija solari; meta mqiegħda fix-xemx is-‘solar beads’ bdew jibdlu l-kuluri u s-‘solar powered fan’ beda jaħdem bix-xemx.

Wara dħalna f’kamra żgħira u għamilna xi esperimenti  oħra mas-Sur Mizzi bl-użu tal-‘litmus paper’ u apparat ieħor. Ħdimna xi ‘handouts’ u kellna esperimenti bir-‘red cabbage’ fejn l-kulur tal-ilma minn trasparenti sar vjola.
Meta lestejna nżilna isfel u rajna lin-nies ipinġu. Fl-aħħar tlaqna lura lejn l-iskola b’ħafna attivitajiet sbieħ.

Miktuba minn:
Milania Farrugia, Samira Mabrouk, Monique Formosa, Melissa Farrugia, Jenna Mizzi, Carmen Attard, Maxine Portelli, Sylvia Tabone, Rachel Azzopardi, Kylie Spiteri.                                                                         




Back to Home