Messaġġ mid-Direttur Spiritwali


Min jaf kemm rejazzjonijiet differenti jkun hemm mal-bidu tas-sena skolastika ġdida! Min jgħid: “Uff xi dwejjaq, erġajna bdejna inħabbtu wiccna mat-teachers u xi dwejjaq id-dixxiplina”! Hemm min jgħid: “X’gost, erġajna bdejna! Tlajt form ieħor! Sena oħra ma’ sħabi, inqattgħu ħafna ħin ngħixu flimkien”!

Sena oħra ta’ ħidma skolastika!

Mhux kulħadd pero’ jifhem li s-sena skolastika hija rigal! Forsi ircivejtu xi ‘e-mail’ dwar dawk it-tfal u zgħazagħ, li flok isibu ambjent tajjeb biex jistudjaw, għadhom isibu ambjent ta’ gwerra u ta’ faqar, ambjent fejn l-iskola hija lussu!

Ħafna drabi minħabba li l-ħajja tagħna neħduha wisq ‘for granted’ u ma napprezzawx dak li nkunu għaddejjin minnu u dak li għandna, ninsew li l-edukazzjoni mhiex ħela ta’ ħin, imma neccessita’. It-tagħlim mhux toqol jew piz imma għajnuna għalija.

F’ħajjitna nħoss li ma napprezzawx kemm aħna fortunati li għandna skejjel, teachers, kotba u affarijiet oħra li jgħinuna nistudjaw aħjar! Persentaġġ għoli fid-dinja dan ma jezistiex! Nemmen li minkejja li l-edukazzjoni hija obbligatorja, għandna nħossuha bħala rigal sabiħ u għajnuna important f’ħajjitna!

Meta Alla ħalaq il-bniedem, ra li l-bniedem kien perfett. Ix-xitan izda, attakkah bħala bniedem nieqes mill-għerf.....qisu Alla ħallieh baħnan. Imma, Alla dejjem ried li l-bniedem jikber u  jizvillupa lilu nnifsu u jargħaf kif id-dinja ta’ madwaru jista’ jagħmilha aħjar. Alla tana responsabilita’ li aħna nieħdu ħsieb tagħna nnfusna u tad-dinja ta’ madwarna. It-tagħlim u l-edukkazzjoni jgħinuna nagħmlu dan. Alla qed jitlob minnek li tistudja, timmatura u tikber  u ssir dejjem aħjar. Dan jitlob impenn! Tħalliex lix-xitan jittantak biex ma tkomplix tistudja!

Filwaqt li nawguralek sena oħra impenjattiva imma sabiħa, nwiegħedek t-talb u s-sapport tiegħi bħala d-direttur spiritwali f’din l-iskola.


Għamel kuraġġ u ftakar li Alla jħobbok ħafna u jrid jarak sabiħa, matura u mimlija b’kuraġġ tħares lejn il-futur tiegħek b’entuzjazmu!

Fr. Mark Demanuele
Direttur Spiritwali

 




Back to Home