Suċċess f'Konkors tal-Poeżija


Carla Galea, studenta mill-klassi 2 Liedna pparteċipat b'suċċess f'Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Għat-Tfal, imniedi mill-Għaqda Poeti Maltin bil-għan li tħeġġeġ il-kitba tal-vers fost il-ġenerazzjoni ta' għada.

1

Din hija l-poeżijia li permezz tagħha pparteċipat Carla Galea.

Dedika lir-Refuġjati

Ġejjin bl–għaxriet, ġieli bil–mijiet.
Nisa u rġiel,
Ukoll xi subien u anke bniet.

F’baħar imqalleb, b’ħalel mill–akbar,
Ma jaqtgħux qalbhom,
Jibqg]u jitqabdu  sal–aħħar,
Sabiex isibu l–kenn ġewwa Malta.
Jiġu hawn biex isibu t–tama,
Jaħarbu mid–dwejjaq ta’ pajjiżhom
U jitilqu ‘l hemm mill–inġustizzja li tifnihom.

Jaslu hawn fuq bċejjeċ imkissra tal–baħar.
Mill–kontinent kbir ta’ l–Afrika.
Mis–Sudan, Chad u Eritrea, mill–Etjopja, Somalja u Niġerja.

Lesti aħna li nilqgħuhom ġewwa darna?
U dan nagħmluh verament minn qalbna?
Aħna pajjiż bi twemmin nisrani.
Nistgħu aħna nirrifjutaw lil dal barrani?

Aħna pajjiż żgħir u diffikultajiet għandna ħafna.
Madankollu xorta nilqgħu lil dawn ir – refuġjati f ‘artna.
Qalbna kbira, poplu minn tagħna, kollox nagħmlu biex iħossuhom ferħana.

Waqt li nifirħulha, nħeġġu oħrajn jipparteċipaw f'konkorsi simili.

 




Back to Home