Jum l-Ilsien Malti


Nhar it-8 ta’ Mejju, fi ħdan l-iskola Agius de Soldanis, inżamm Jum l-Ilsien Malti. L-Għan kien ħalli nuru li l-Ilsien Malti mhux biss hu għodda għall-komunikazzjoni ordinarja iżda wkoll għodda ta’ komunikazzjoni speċjalizzata, fil-kultura , fix-xjenza u fit-teknoloġija.

1

1

1

1

Fil-11a.m,  fl-Altar Hall , saret taħdita mill-artist Mark Sagona, M.A., għalliem tas-Systems of Knowledge f’Sir Michelangelo Refalo Centre for Further Studies u lecturer fl-Universita` ta’ Malta,  bl-isem: L-iżvilupp tal-Arti Maltija – Mill-Barokk sal-Modern. Attendew studenti mir-raba’ sena.
Fl-Altar Hall kien hemm wirja ta’ proġetti magħmulin mill-istudenti. Il-proġetti  kienu msejsin fuq il-wirt kulturali Malti: il-folklor, persunaġġi li għamlu isem fil-qasam kulturali, l-ilsien Malti, kif ukoll fuq it-teknoloġija, l-iżvilupp xjentifiku, eċċ. Ma’ bord kien hemm ukoll xi xogħol kreattiv ieħor tal-istudenti.

John Xuereb
Kap tad-Dipartiment tal-Malti.

 




Back to Home