Attivitajiet Reliġjużi fl-iskola


Ilna ftit ma niktbu dwar l-attivitajiet li għaddejjin fl-iskola tagħna mill-att spiritwali. Ir-Randan kien mimli daqs bajda b’attivitajiet reliġjużi. L-eżerċizzi ta’ din is-sena kienu esperjenza oħra sabiħa ħafna. Kull form kellhom l-eżerċizzi adattati għalihom.

  • Għall-istudenti tal-Form 1, din s-sena ġie Dun Ġwann Sultana, mix-Xagħra. Veru għamel ‘hit’ maghhom bil-messaġġ tiegħu. Kemm kienet idea tajba li uża l-metodu ta’ ‘deal or no deal’ . Dan għaliex kuljum kien jiġi b’kaxxa b’xi ħaġa ġo fiha u trid tara lit-tfal jippruvaw jaqbu x’hemm fil-kaxxa. Mis-sempliċita’ tiegħu veru ħareġ messaġġi sbieħ dwar San Pawl, li vera kienu addattati mas-sena Pawlina.
  • Il-Form 2 bħala predikatur kellhom lil Fr. Effie Masini li bl-istejjer u bil-messaġġ tiegħu vera żamm l-istudenti attenti. Kien interessanti li għal kull ġurnata uża xi kanzunetta popolari maż-żagħżagħ bħala konklużzjoni u filwaqt li kantaw kemm feħu wasal il-messaġġ ukoll. Il-Ġimgha mbagħad għalaqna b’quddiesa fejn erġajna użajna l-istess kant ta’ matul il-ġimgħa u hekk kienet quddiesa parteċipattiva ħafna.
  • Għal form 3 din is-sena sar esperiment ieħor li minkejja li ħa ftit iżjed xogħol ta’ pjanar mal-għalliema, inħoss li ħalla effett sabiħ. Fil-bidu tal-ġimgħa, it-Tnejn,  Dun Giovann Curmi għamel talk lill-istudenti tal-Form 3 kollha. Tul il-ġimgħa, ħa x-xogħol li jidħol fil-klassijiet tal-Form 3, waħda waħda biex magħhom jitkellem fi gruppi izgħar. Xi klassijiet pparteċipaw iżjed minn oħrajn, imma naħseb li kien interessanti li kellhom ċ-ċans jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom u jiddiskutuhom ma’ Dun Giovanni.
  • Għal Form 4 u Form 5, din s-sena morna barra mill-iskola għall-ġurnata sħiħa. Hassejna li jkun aktar krejjattiv ghall-istudenti. Mal-form 4, stedinna lil Fr. Joshua li hu sacerdot zaghzugh fejn ha bhala suggett il-Valuri fil-hajja taz-Zghazagh. Matul it-talk, spjega x’inhuma l-valuri nsara u kif nistgħu nibnu hajjitna fuqhom. Fil-gurnata, sibna hin ghall-Ewkaristija li kienet mimlija b’power points u songs attrajenti ghaz-zghazagh. Kellna numru ta’ teachers maghna li hadu hsieb il-workshops u kull workshop ipprezenta role play biex jasal il-messagg.

Mal-form 5, stendinna lil Dr. Anna Vella li giet apposta minn Malta u tkellmet  dwar r-relazzjonijiet sesswali, l-mard effett ta’ promiskjuwita’, il-bżonn li jkunu responsabbli fir-relazzjonjiet tagħhom mas-sess oppost. L-Ispiritual Director mexxa l-Ewkaristija u tkellem dwar s-sesswalita mill-att morali. Saru żewġ feature video li ġew diskussi fil-gruppi wkoll.

Minbarra dan kollu, ma setgħax jonqos li jkun hemm s-servizz tal-qrar għal kull form bi preparazzjoni għall-eżerċizzi, b’diversi saċerdoti li jiġu u jagħtu mill-ħin tagħhom għall-istudenti tagħna.

1

Attivita' ohra li kienet effettiva kien il-Jum tad-Duluri. Ma kull Form, sar power point interattiv ta’ madwar 35 minuta dwar s-seba duluri ta’ Marija. Kien interessanti tara l-attenzjoni tal-istudenti f’kull form. Kantaw, qraw u rriflettew. Dan kollu seta’ jsir bil-kollabarazzjoni ta’ hafna għalliema, tal-Kap tal-Iskola u l-Amministrazzjoni. Fil-brejk tal-gurnata tad-duluri, b’mod liberu saret quddiesa ghall-min irid u verament tifrah meta tara l-altar hall ippakjata bl-istudenti u bl-istaff.

Wara r-Randan, ma tantx kellna ċans għal xi waqfa. Saru wkoll s-seminars tal-Form 4’s. Dawn huma seminars ippreparati mill-guidance tal-iskola, fejn ħafna mit-teachers tar-Religjon u d-Direttur Spirtwali jagħtu sehem attiv ukoll. Saru fid-dar ta’ Stella Maris, tas-Socjeta' Missjunarja ta’ San Pawl, b’ħidma bejn iż-żewġ skejjel sekondarji ta’ Għawdex. Għal ħmistax-il ġurnata, klassi bniet u oħra subien iltaqgħu u pparteċipaw f’dawn is-seminars li s-suġġett kien: Boy-Girl Relationship.

Fix-xahar ta’ Mejju nieħdu l-opportunita', li nagħtu enfasi lil Marija Ommna lkoll. Għalhekk mal-Form 1 tal-iskola taghna, fil-ground tal-iskola ninġabru madwar niċċa ckejkna li għandna ta’ Marija u b’mod sempliċi nagħmlu talb u kant quddiem Marija. Imbagħad ninkurunaw lil Ommna Marija bħala Sultana tagħna. L-istudenti tal-Form 1, iġibu magħhom fjuri u xemgħhat u jpoġġuhom huma stess quddiem l-istatwa ħelwa ta’ Marija Santissima.

Iktar tard matul dan ix-xahar, se tkun organizzata l-Eucharistic Day fl-iskola.

Fr. Mark Demanuele
Direttur Spiritwali

 




Back to Home